Futbol Sport

Newcastle fil-finali tal-Carabao Cup

Ritratt: EPA

F’St James’ Park Newcastle kisbu rebħa ta’ 2-0 fuq Arsenal u b’hekk għamluha fil-finali tal-Carabao Cup, fejn issa jaffaċċjaw lir-rebbieħ ta’ bejn il-partita bejn Liverpool u Tottenham. Newcastle fetħu l-iskor fid-19-il minuta meta Alexander Isak għadda tajjeb bix-xutt tiegħu jaħbat mal-lasta, jaqa’ f’saqajn Jacob Murphy li f’lasta vojta ma żbaljax għal 1-0. It-tim immexxi minn Eddie Howe għamilhom tnejn fit-52 minuta meta din id-darba kien Declan Rice, li pressat minn Fabian Schar tilef il-ballun, li waqa’ f’saqajn Anthony Gordon, li minn pożizzjoni favorevoli ma żbaljax għal 2-0, u skor aggregate ta’ 4-0, wara r-rebħa identika li kisbu fl-ewwel leg fl-Emirates Stadium.

Illum: Newcastle v Arsenal 2-0 Ghada: Liverpool v Spurs 9.00pm