Lokali

Petizzjoni għal monument li jonora lil Monsinjur Victor Grech

Petizzjoni li bdiet online qed issejjaħ biex isir monument li jonora lil Monsinjur Victor Grech wara li ddedika ħajtu għal ħaddieħor fil-komunitajiet Maltin.

Din il-petizzjoni qed issejjaħ lill-Gvern sabiex inedi din l-inizjattiva għal monument pubbliku.

Victor Grech jibqa’ meqjus bħala dik il-persuna li kienet strumentali sabiex f’pajjiżna rajna iktar għaqda, fidi, kompassjoni u xogħol umanitarju. Bil-kontribuzzjoni tiegħu li wasslet biex tmiss il-qlub ta’ ħafna.

U b’hekk din il-petizzjoni tassigura li l-ġid kollu li wettaq ma jintesa qatt, b’mod speċjali mal-ġenerazzjonijiet futuri.