Sewwieq ta’ mutur ta’ 52 sena residenti Ħaż-Żebbuġ qed isofri minn ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-vettura għall-ħabta tad-9am fi Vjal l-Istadium Nazzjonali, f’Ta’ Qali.
Mill-ewwel stħarriġ, irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Kymco u tilef il-kontroll u waqa’. Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>