
Il-plejers ta’ Valletta jiċċelebraw il-gowl ta’ Scicluna fil-103 minuta (Ritratt: Joseph Galea)
GŻIRA UNITED……………….0
VALLETTA…………………………1
Gżira United: C.Formosa, E.Pepe (M.De Filippis 104′), T.Aldama, L.Riascos, M.Shaquill, D.Barbosa (A.Borg 57′), S.Dencic (B.Borg 77′), K.Zammit, N.Disic (F.Hassany 63′), K.Tulimieri, T.Espindola
Valletta: T.Aquilina, E.Mushagalusa (K.Ewurum 98′), M.Micallef, E.Ruiz (J.Azzopardi 52′), A.Zammit (J.Scicluna 80′), A.Ciolacu, B.Paiber, J.Ferreira, A.Attard, J.Walker, S.Mackay
Imwissija: C.Formosa 81′, M.De Filippis 105’T.Espindola 120′ (G), J.Ferreira 33′, K.Erurum 120′ (V)
Tkeċċa: K.Tulimieri
Referee: Matthew De Gabriele
Assistenti Referees: Jurgen Spiteri u David Castillo
Rebħa straordinarja għall-Beltin hekk kif għamluha għall-kwartifinali wara li għelbu lil Gżira United 1-0 permezz ta’ gowl fil-ħin barrani.
Il-Beltin qed ikollhom staġun pożittiv fiċ-Challenge League u kif qed jidhru l-affarijiet, ma ndumux ma naraw it-tim storiku lura fil-kampjonat Premier hekk kif bħalissa qed jokkupaw l-ewwel post bi 28 punt wara 14-il logħba. Minn naħa l-oħra, il-Maroons jinsabu fl-10 post tat-tieni fażi tal-League b’5 punti wara l-ewwel 4 partiti.
Il-partita kienet ikkaratterizzata bla dubju mil-karta ħamra li rċieva l-Eks Valletta Kevin Tulimieri għal Gżira fl-24 minuta.
Il-gowl tar-rebħa għall-Valletta jasal fil-103 minuta permezz tas-sostitut James Scicluna, li daħal fil-partita fit-80 minuta minflok Andrea Zammit.

Ritratt: Joseph Galea
//= $special ?>