Tikber il-pressjoni fuq il-Ministru Byron Camilleri sabiex jirriżenja b’mod immedjat wara l-kundanna li tah l-Ombudsman fir-rapport dwar il-ħabs – kundanna b’mod ċar fuq it-tmexxija tal-Kurunell Alex Dalli, li Camilleri baqa’ sa issa joħroġ għonqu għalih.
Fl-aħħar sigħat, 19-il għaqda sejħu għar-riżenja ta’ Byron Camilleri. Dan wara li fil-Parlament, il-Kap tal-PN Bernard Grech ippreżenta mozzjoni biex jittieħed vot ta’ sfiduċja fl-istess Ministru.
Issa, dawn l-għaqdiet qed jitolbu biex mhux biss iwarrab il-Ministru, iżda jitneħħa Alex Dalli minn kull rwol li tah il-Gvern.
Qed jingħad ukoll li għandu jingħata kumpens lill-vittmi li sofrew mill-ħruxija ta’ Alex Dalli, jingħata aċċess lill-midja u s-soċjetà ċivili biex isir skrutinju tal-operat tal-ħabs ta’ Kordin, u jitfassal timeline biex jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman.
L-għaqdiet insistew li l-pajjiż għandu bżonn ġustizzja… u mhux aktar cover-ups.
L-istqarrija ħarġet mill-għaqdiet: aditus foundation, African Media Association Malta, Blue Door Education, Dar Hosea, Department of Youth, Community & Migration Studies, University of Malta, Drachma LGBTI, Drachma Parents, Faculty for Social Wellbeing, University of Malta, Jesuit Refugee Service (Malta), The Joint Action Movement, Mediterranean Aid Education Centre Italy, MGRM, Moviment Graffitti, Paulo Freire Institute, PEN Malta, Prof. Andrew Azzopardi, Spark15, St. Jeanne Antide Foundation u l-Women’s Rights Foundation.
//= $special ?>