Lokali Turiżmu

Wirja minn studenti tal-Gwida Turistika

L-istudenti tal-Higher National Diploma Tin Tourist Guiding fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) qed jippreżentaw wirja bit-tema: Through Time: A Photographic Exploration of Malta. Din il-wirja li se tkun esebita fir-Ramla Bay Resort, Mellieħa, Malta mis-6 ta’ Frar sal-15 ta’ Frar, 2025.

Din il-wirja unika, immexxija mil-lettur tal-ITS Tara Darmanin, turi taħlita intriganti ta’ passat u preżent. L-istudenti rriċerkaw bir-reqqa ritratti storiċi ta’ Malta u ħadu ritratti tal-istess postijiet fiż-żmien preżenti. Din il-wirja se toffri lill-viżitaturi vjaġġ viżiv fit-trasformazzjoni tal-gżira Maltija maż-żmien.

Through Time hija wirja għal dawk d-dilettanti tal-istorja, dawk li jħobbu l-fotografija, u kull min hu ħerqan li jesplora Malta minn perspettiva ġdida.