Caritas Malta stiednet lin-nies jagħtu tislima lill-Monsinjur Victor Grech li se ikun espost għall-qima tal-pubbliku fil-Kappella taċ-Ċentru tal-Komunità Terapewtika ta’ San Blas għada l-Ġimgħa, 7 ta’ Frar bejn 10:30am – 1pm u 3pm – 6pm.
Fiċ-Ċentru tal-Komunità Terapewtika ta’ San Blas ser ikun hemm il-ktieb tal-kondoljanzi fejn il-pubbliku jkun jista’ jiffirma
Il-programm t’għada, il-Ġimgħa, 7 ta’ Frar huwa dan li ġej:
• 9:30am Tluq tal-Korteo funebri mill-Isptar Mater Dei għaċ-Ċentru
tal-Komunità Terapewtika ta’ San Blas fil-limiti ta‘ Ħaż-Żebbuġ
• 9:55am Wasla tal-Korteo funebri fiċ-Ċentru tal-Komunità Terapewtika ta’ San Blas
• 10:30am Il-katavru ta’ Monsinjur Victor Grech ser ikun espost għall-qima tal-pubbliku fil-Kappella taċ-Ċentru tal-Komunità Terapewtika ta’ San Blas
//= $special ?>