“Fabbrika tal-ħażen. Sistema ħarxa, brutali, inumana u kult.”
Kien dan il-mod li bih priġunier partikolari ddeskriva l-ħabs taħt it-tmexxija tal-Kurunell Alex Dalli fir-rapport li ħareġ l-Ombudsman ftit tal-jiem ilu… rapport li sab falliment sistematiku u ksur ta’ regolamenti tal-ħabs bejn l-2018 u l-2021.
Fi żmien it-tmexxija ta’ Alex Dalli kien hemm 14-il persuna li mietu b’suwiċidju; bir-rapport ikun moralment konvint li l-priġunieri kkunsidrati vulnerabbli kienu ġew affettwati bit-trattament li kien impost fuqhom mit-tmexxija ta’ Dalli. Filwaqt li dan it-trattament, possibbilment wassal sabiex dawn il-priġunieri jwettqu suwiċidju jew attentat ta’ suwiċidju.
Intant, l-istess priġunier spjega li fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, “in-nies imutu fis-silenzju” għaliex skont il-priġunier huma kollha kkunsidrati bħala giddieba, u ħadd ma jemmen dak li jkunu qegħdin jgħidu.
Fejn anke spjega, li meta kellu informazzjoni dwar wieħed mis-suwiċidji li seħħew fil-ħabs u li xtaq jipprovdi informazzjoni lill-Pulizija, l-Ispettur tal-Pulizija allegatament ma riedx jidħol fil-każ, b’dan l-istess Spettur ma jiċħadx dan il-fatt – iżda caħad li qatt ingħata struzzjonijiet minn uffiċjali tal-ħabs.
Ir-rapport indipendenti ppubblikat mill-Ombudsman ikkonkluda li taħt it-tmexxija ta’ Alex Dalli, fil-ħabs kien hemm falliment sistematiku, użu ta’ intimidazzjoni u trattament degredanti ta’ priġunieri. B’dan ir-rapport isib li l-aġir tal-uffiċjali tal-ħabs, frott l-aġir ta’ Dalli, possibbilment wassal sabiex priġunier vulnerabbli jkunu affettwati aktar minn oħrajn.
It-tmexxija ta’ Alex Dalli kienet ikkaratterizzata minn skandli varji, terrur, imwiet u nuqqas ta’ trasparenza. Fatturi li għalihom Byron Camilleri u Robert Abela għalqu għajnejhom għalihom, għalkemm issa hemm konferma ċara li t-tmexxija ta’ Alex Dalli, bil-barka ta’ Byron Camilleri u Robert Abela, kienet tmexxija ta’ intimidazzjoni li wasslet għal falliment sistematiku tal-ħabs.
//= $special ?>