Futbol Sport

Floriana jegħlbu lil Victoria Hotspurs bi tliet gowls fit-tieni taqsima

(Ritratt: Joseph Galea)

Victoria Hotspur: A.Parnis, F.Apap, L.Grima, D.Bogdanovic, E.Mbong (M.Buttigieg 58′), S.Attard, D.Farrugia, R.Monteiro (M.Said 73′), D.Mercieca, W.De Sousa, K.Borg (E.Xiberras 87′)

Floriana: Y.Fillion, O.El Hasni, E.Mashinke Sukisa, G.Cardozo, J.Portocarrero (G.Cann Rodgers 84′), O.Spiteri, M.Garcia, G.Gamarra (C.Buttigieg 87′), A.Garzia (C.Zammit Lonardelli 76′), G.Yameogo (T.Vella 87′), J.Fernando Junior (A.De Flavia)

Imwissija: K.Borg 25′, F.Apap 43′, S.Attard 74′ (V), O.El Hasni 45′ (F)

Skorjaw: F.Apap 2′ (V), J.Junior 13′, E.Mashike 63′, G.Cardozo 69′, A.De Flavia 82′ (F)

Referees: Daniel Portelli

Assistenti Referees: Duncan Sultana u Mitchell Scerrie

Fit-Tony Bezzina Stadium, Floriana kkwalifikaw għar-rawnd li jmiss wara li għelbu lil Victoria Hotspurs 4-1
Tliet gowls fit-tieni taqsima kienu biżżejjed għal Floriana biex jegħlbu u jeliminaw lil Victoria Hotspurs mill-Amateur League Kategorija B.

Wara biss żewġ minuti Victoria Hotspurs marru fil-vantaġġ wara li Ferdinando Apap bir-ras minn corner għeleb lil Yann Alexandro Fillion. Reazzjoni immedjata minn Floriana li fit-13-il minuta kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ Jose Junior li għeleb lil Adrian Parnis. 1 – 1 riżultat li bih intemmet ukoll l-ewwel taqsima.

It-tieni taqsima kienet storja differenti fejn fit-53 minuta Floriana marru fil-vantaġġ permezz ta’ Elvis Mashike filwaqt li fid-69 minuta l-iskor sar 3 – 1. Gowl minn Gabiel Cardozo għeleb lil Parnis b’xutt fil-baxx. L-aħħar gowl għal Floriana skorjat fit-82 minuta miż-żażgħugħ Antiago De Flavia li għalaq il-partita 4 – 1.
Referee: Daniel Portelli