Caritas Malta tixtieq tinforma lill-klijenti tagħha u dawk kollha li jagħmlu użu mis-servizzi mill-Caritas Community Centre, fi Triq Mountbatten, Il-Ħamrun, li għada l-Ġimgħa 7 ta’ Frar dan iċ-Ċentru se jkun magħluq bħala sinjal tal-luttu għat-telfa ta’ Monsinjur Victor Grech.
Il-klijenti, u pubbliku inġenerali huma mħeġġa jagħtu tislima lil Monsinjur Victor Grech hekk kif se jkun espost il-katavru tiegħu fil-Kappella taċ-Ċentru tal-Komunità Terapewtika ta’ San Blas għada l-Ġimgħa bejn l-1030hrs u 1300hrs u 1500hrs u 1800hrs.
Il-parking ta’ Gianpula se jkun miftuħ biex wieħed jista’ jipparkja f’dan il-parkeġġ.
Il-familja ta’ Monsinjur Victor Grech uriet ix-xewqa li flok fjuri jintbagħtu donazzjonijiet lill-Fondazzjoni Caritas Malta.
//= $special ?>