Liverpool irnexxielhom idawru t-telfa tal-ewwel leg kontra Tottenham Hotspur biex ikkwalifikaw għall-finali tal-EFL Cup, l-ewwel finali tal-kowċ Arne Slot ma’ Liverpool. Ir-Reds kienu bla dubju l-aqwa tim f’kull aspett, bl-iskor ta’ 4-0 jirrifleti dan.
Liverpool ħadu l-vantaġġ u għamlu l-iskor aggregate ndaqs wara 34 minuta logħob permezz tal-Olandiż Cody Gakpo b’xutt fil-baxx mill-assist ta’ Salah, bl-Egiżżjan jiskorja t-tieni gowl meta jikkonverti l-penalty tiegħu fil-51 minuta.
Fil-75 minuta Dominik Szboszlai għamilhom 3-0 meta sab ix-xibka minn pass filtranti ta’ Conor Bradley, qabel il-captain Virgil van Dijk skorja l-aħħar gowl b’daqqa ta’ ras potenti mill-korner ta’ Mac Allister.
EFL CUP
L-Erbgħa
Newcastle U. v Arsenal 2-0
Illum
Liverpool v Tottenham 4-0