ŻURRIEQ…………………..0
NAXXAR LIONS………….4
Naxxar Lions: A.Fenech, N.Micallef, B.Sane, N.Pace Cooks (M.Fenech 52’), E.Angulo (J.Bonanno 46’), R.Gilmour Cassar, H.Coelho, H.Martins, M.De Souza (K.Haber 46’), F.Barbosa (J.Leal 61’ ), Z.Leandro (G.Bonanno 46’)
Żurrieq: N.Stone, O.Vella (S.Bezzina 57’), E.Camilleri (X.Portelli 57’), A.De Barros, E.Atkins (P.Tenebe 65’), L.Vella (S.Bah 65’), B.Ihuomah, K.Chircop (S.Farrugia 88’), J.Buttigieg, S.Darmanin, D.Borg
Skorjaw: M.Da Silva 8, 23’, B.Sane 12’, H.Coelho 47’ (N)
Referee: Joseph Scerri
Assistenti Referees: Vasil Vasilev u Camel Vassallo
Ebda problema għal Naxxar Lions biex issuperaw l-ostaklu Zurrieq u għaddew għal Kwartifinali tal-Meridiana FA Trophy. Kollox deċiż f’temp ta’ 15-il minuta fl-ewwel taqsima fejn Naxxar skorjaw tliet darbiet. B’Naxxar fuq l-offensiva ħadu biss 8 minuti biex fetħu l-iskor permezz ta’ Maicon De Souza li għeleb lil Natan Stone.
Erba’ minuti wara l-iskor sar 2 – 0 b’gowl minn Bacary Sane. Żurrieq jonqsu milli jwettqu reazzjoni u fit-23 minuta l-iskor sar 3 – 0 .
Mill-ġdid gowl skorjat minn Maicon De Souza li għeleb lil Stone. Skor ta’ 3 – 0 fi tmiem l-ewwel taqsima. L-andament fit-tieni taqsima baqa’ l-istess l-aktar wara li fis-47 minuta kien Coelho li minn penalty kompla jkabbar l-iskor għal Naxxar Lions.
Riżultat finai ta’ 4 – 0 u li bih intemmet ukoll il-partita.
//= $special ?>