Futbol Sport

Petizzjoni bl-iskop li jiġu salvati l-faċilitajiet tan-nursery ta’ Pembroke Athleta

Bosta esponenti, ġenituri u partitarji ta’ Pembroke Athleta jinsabu inkwetati bis-sitwazzjoni kurrenti tan-nursery ta’ Pembroke Athleta, u bil-possibiltà li l-faċilitajiet tan-nursery jiġu mnaqqsa sostanzjalment. Din is-sitwazzjoni tasal wara li sar magħruf li hemm pjanijiet li grawnd tal-futbol jiġi mikri lill-investituri li se jikkonvertu din iz-zona mdaqqsa f’Padel Courts, għal skop finanzjarju.

Pembroke Athleta hija nursery stabbilità, li tilqa’ iżjed miinn 180 tifel u tifla bejn l-etajiet ta’ 4 u 16-il sena. Il-proġett propost imur totalment konta l-fondazzjoni tal-klabb, l-istess fondazzjoni li permezz ta’ Gvern Nazzjonalista 25 sena ilu, kien possibbli li tinbena l-infrastruttura wara li ngħatat l-art bl-iskop li jippromovu l-interess fiż-żgħażagħ u s-saħħa fiżika.

Din il-petizzjoni qed titlob biex dawn il-faċiltajiet ma jitnaqqsux, anżi jsir investiment xieraq biex ikomplu jitjiebu u jespandu.

Wieħed jista’ jiffirma l-petizzjoni billi jagħfas fuq il-link:

https://chng.it/f6D6bc8ZRc