Futbol Sport

Rebħa stupenda għal Fiorentina fuq Inter fil-partita li ġiet posposta lura f’Diċembru

(Ritratt: EPA)

Wara li l-partita ġiet posposta lura fl-1 ta’ Diċembru tal-2024 wara l-inċident ikrah tal-midfielder Taljan Eduardo Bove fejn soffra attakk tal-qalb, Illum Fiorentina ospitaw lil Inter u din id-darba rnexxielhom jegħlbu lin-Nerazzuri bi prestazzjoni stupenda hekk kif rebħu bl-iskor finali ta’ 3-0.

Il-midfielder Bove rkupra sew wara li ngħatatlu l-kura meħtieġa u ġie rikoverat fl-isptar, huwa għalissa ma jistgħax jilagħab iżjed futbol professjonali.

Il-partita bdiet fis-17-il minuta, bil-Viola jistennew sa kważi s-siegħa logħob biex jiskorjaw, kien Luca Ranieri li minn korner ta’ Rolando Mandragora rnexxielhu jixħed ġewwa.

Fit-68 minuta l-eks attakkant ta’ Juventus Moise Kean kompla l-forma tajba ħafna tiegħu meta għeleb lil Sommer minn assist ta’ Dodo, qabel l-istess Kean isiġilla l-partita bid-89 minuta b’gowl ieħor, din id-darba l-attakkant Taljan jikkapitalizza fuq l-iżball ta’ Di Marco.

SERIE A
Illum

Fiorentina v Inter 3-0