Il-Gvern il-ġdid tal-Kosovo se jkollu jaħseb biex, akkost ta’ kollox, inaqqas mit-theddida ta’ vjolenza etnika ġdida fl-ibnadi tal-pajjiż lejn it-Tramuntana.
Dan meta ċ-ċittadni tal-Kosovo, nhar il-Ħadd, jivvutaw fl-elezzjonijiet leġislattivi waqt dan iż-żmien ta’ tensjoni partikulari bejn l-Albaniżi-etniċi u r-residenti Serbi – u meta s-sitwazzjoni ta’ faqar ġenerali wkoll għandha taffettwa lill-vot.
Hu mbassar li l-Prim Ministru tal-Kosovo, Albin Kurti, jirnexxilu jirbaħ maġġoranza żgħira f’dawn l-elezzjonijiet. F’każ li ma jirnexxilux, il-probabbiltà hi li Kurti jifforma Gvern ġdid ta’ koalizzjoni fi Pristina, flimkien mal-akbar partiti rivali etniċi Albaniżi.
Irrispettivament mir-riżultat, il-Gvern li jmiss anki jrid jindirizza l-livell ta’ faqar allarmanti fil-pajjiż li wkoll qed iżid il-potenzjal għall-vjolenza fit-Tramuntana tal-Kosovo fejn il-maġġoranza tar-residenti huma Serbi etniċi.
//= $special ?>