Il-Malta Polo Club se torganizza għada s-Sibt it-tieni avveniment tas-sena 2025 meta se tintlagħab il-King of Spain Cup fil-Malta Equidrome fil-Marsa. Żewġ timijiet se jieħdu sehem f’din il-kompetizzjoni u dawn huma Team Remissa u Team Horse Power.
Team Remissa se jkun magħmul minn Jeremy Besancon, Bradlee Farrugia, Chris Delia u Ivan Camilleri filwaqt li Team Horse Power se jkun magħmul minn Matthew Borg, Julian Mamo, Simon Psaila u Matthew Grech.
L-Umpires għal dawn l-erba’ chukkas se jkunu Mariano Iturrioz u Gaston Etcheberry bit-tielet uffiċjal tal-partita se jkun Philip Wismayer.
Il-King of Spain Cup se tintlagħab bit-throw-in li se jkun fit-tlieta ta’ waranofsinhar.
//= $special ?>