Juventus kisbu rebħa diffiċli u drammatika kontra Como, rebħa li waslet fl-aħħar ħinijiet tal-logħba, bil-goal rebbieħ jasal minn penalty.
Kolo Muani fetaħ l-iskor fl-ewwel taqsima, iżda Diao kiseb id-draw b’daqqa ta’ ras qabel l-intervall.
Il-logħba dehret li se tintemm fi draw, iżda fid-89 minuta Juventus rebħu penalty fejn reġa’ kien Kolo Muani li skorja l-goal tar-rebħa mill-11-il metru.
Intant il-logħba prinċipali minn din il-ġurnata se tkun il-logħba tat-Tnejn fejn Inter u Fiorentina jerġgħu jiltaqgħu kontra xulxin erbat ijiem wara t-trijonf ta’ Fiorentina li kontra kull mistenni rebħu lil Inter 3-0.
F’San Siro Inter jippruvaw ipattu gaħl dan id-diżappunt fejn jippruvaw jiksbu t-tliet punti biex iżommu l-kuntatt ma’ Napoli.
Minn naħa tagħhom Napoli mhux mistennija jfallu f’darhom kontra Udinese filwaqt li jistennew xi favur ieħor minn naħa tal-Vjola.
Milan illum ikunu għand Empoli, fejn hemm stennija u kurżita’ għall-prestazzjoni tar-Rossoneri li għamlu rivoluzzjoni sħiħa fl-iskwadra fis-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar.
Riżultat
Como v Juventus 1-2
Għada
Verona v Atalanta
Empoli v Milan
Torino v Genoa
Il-Ħadd
Venezia v Roma
Cagliari v Parma
Lazio v Monza
Lecce v Bologna
Napoli v Udinese
It-Tnejn
Inter v Fiorentin