BirdLife Europe u Central Asia taw bidu għal kampanja biex l-Unjoni Ewropea tipprojbixxi għalkollox l-użu taċ-ċomb fil-kaċċa, fl-isport tal-isparar u fis-sajd.
Birdlife Malta qalet li fl-Ewropa, iċ-ċomb li huwa tossiku ħafna, diġà huwa pprojbit mill-petrol, miż-żebgħa u mill-pajpijiet għaliex iġorr riskji serji għas-saħħa.
Illum il-ġurnata jeżistu alternattivi mhux tossiċi għaċ-ċomb li huma effettivi u affordabbli.
Din hija ħolqa għall-aktar informazzjoni bil-Malti dwar din il-kampanja: Iffirma l-petizzjoni biex jiġi pprojbit iċ-ċomb | BirdLife Malta
U din hija l-ħolqa tal-petizzjoni bl-Ingliż: Ban Lead Now
//= $special ?>