Lokali

L-Eks Prim Imħallef Silvio Camilleri jinsisti li r-restrizzjonijiet fuq l-Inkjesti se jsiru biex “jiġu protetti l-politiċi u l-persons of trust”

Ċamata oħra għal Robert Abela, din id-darba mill-Eks Prim Imħallef Silvio Camilleri, li f’kummneti fuq is-sit tat-Times of Malta insista li r-restrizzjonijiet fuq l-Inkjesti Maġisterjali se jsiru biex “jiġu protetti l-politiċi u l-persons of trust milli jiġu investigati”.

Din il-kundanna minn persuna ta’ awtorità bħalma hu l-Prim Imħallef Emeritu Silvio Camilleri, issegwi kundanni oħra li ħarġu fl-aħħar jiem minn professjonisti, akkademiċi, ġurnali u għaqdiet tas-soċjetà ċivili; fuq kollox, il-pożozzjoni soda li ħa l-PN kontra dawn ir-restrizzjonijiet li se jnaqqsu mid-dritt li għandu ċ-ċittadin. Tant li Bernard Grech diġà wiegħed li Gvern ġdid Nazzjonalista jagħti lura dan id-dritt favur l-Inkjesti Maġisterjali.

Fit-Times, l-Eks Prim Imħallef kellu kliem iebes ferm għall-mod li bih il-Gvern “ħataf” l-istituzzjonijiet. Silvio Camilleri jisħaq li l-ewwel ikkontrolla lill-Kummissarju u l-Avukat Ġenerali, u issa qed jara kif jieħu f’idejh il-ftit li fadal – fejn prattikament qed jaħtaf minn idejn iċ-ċittadini l-uniku mezz li għandhom biex iżommu kontabbli lill-Ministri u n-nies tagħhom.

Il-Prim Imħallef Emeritu kisser ukoll ir-retorika li ilu għaddej biha l-Labour dwar hearsay jew għidut. Hu qal li anke l-għidut jistgħu jwasslu biex tinfetaħ Inkjesta Maġisterjal, u li min qed jgħid bil-kontra ma jafx x’inhu jgħid.