Il-President tal-Istati Uniti daħħal lil pajjiżu f’kontroversja oħra – dan wara li iffirma ordni eżekuttiva li tipprojbixxi uffiċjali mill-Qorti Kriminali Internazzjonali milli jidħlu fl-Istati Uniti.
Din l-ordni daħlet fis-seħħ wara li Trump akkuża l-Qorti Kriminali li għaddejja b’missjoni kontra pajjiżu u kontra Iżrael.
Fil-fatt, il-Qorti Kriminali Internazzjonali kienet diġà ħarġet mandat ta’ arrest fil-konfront tal-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netenyahu u mexxej ewlieni tal-Hamas, b’akkużi ta’ delitti varji fil-gwerra.
Donald Trump saħaq li ser jagħmel minn kollox sabiex jiddefendi lil Iżrael u l-mexxejja tiegħu – tant li kien lest jissanzjona d-dħul ta’ uffiċjali ewlenin tal-Qorti Kriminali Internazzjonali fl-Istati Uniti.
S’issa l-Istati Uniti mhux membru tal-Qorti Kriminali, u jidher li s-sitwazzjoni ser tibqa’ l-istess bi Trump jisħaq li l-liġi fl-Istati Uniti hija d-demokrazija b’militar b’saħħtu li kapaċi jiddefendi lil pajjiżu mingħajr għajnuna jew “manipulazzjoni żejda” minn xi istituzzjoni oħra.
Hu saħaq ukoll li l-mandat ta’ arrest fil-konfront ta’ Netenyahu juri biċ-ċar kemm din l-organizzazzjoni skont hu hija “tad-daħq” għaliex “trid teqred lil Iżrael”.
Ix-xaħar li għadda, is-Senat tal-Istati Uniti wkoll ivvota dwar jekk għandux jissanzjona l-organizzazzjoni sħiħa mill-Istati Uniti – liema vot però m’għaddiex.
//= $special ?>