Manchester United saru l-ewwel tim li għadda għall-fażi tal-aħħar sittax tal-FA Cup meta lbieraħ f’Old Trafford għelbu lil Leicester 2-1 wara li kienu goal minn taħt.
Leicester fetħu l-iskor permezz ta’ Cordova-Reid, iżda fit-tieni taqsima Zirkzee kiseb id-draw u Maguire skorja l-goal tar-rebħa fit-93 minuta.
Dan ir-round joffri xi dwelli nteressanti, l-iktar konfronti diretti bejn timijiet tal-Premiership.
Wieħed minn dawn hu l-konfront tal-lum bejn Brighton u Chelsea.
Il-Ħadd mbagħad jispikka l-konfront ta’ Villa Park fejn Aston Villa jilagħbu kontra Tottenham.
Għal Tottenham kompliet l-annata xejn feliċi fejn fost il-ġimgħa kienu eliminati fis-semi finali tal-Carabao Cup meta sofrew telfa mbrazzanti ta’ 4-0 f’Anfield.
Liverpool għal kuntrarju wara li kisbu post fil-final m’għandhomx isibu diffikulta biex jiksbu l-kwalifikazzjoni kontra Plymouth.
Liverpool qed jiddominaw il-kampjonat fejn għandhom vantaġġ tajjeb fuq Arsenal.
L-avversarji ta’ Liverpool fil-finali tal-carabao Cup, Newcastle, ukoll ifittxu li jkomplu javanzaw anki fl-FA Cup fejn jiltaqgħu kontra Birmingham barra minn darhom.
Manchester City ikunu barra minn darhom kontra Leyton, ftit jiem qabel il-konfront mistenni kontra Real Madrid fil-UEFA Champions League.
Il-leaders tac-Championship Leeds United ikunu f’Elland Road kontra Millwall u jibdew favoriti li jikkwalifikaw.
Riżultat
Man Utd v Leicester 2-1
Għada
Leeds v Millwall
Leyton v Man City
Coventry v Ipswich
Everton v Bournemouth
Preston v Wycombe
Southampton v Burnley
Stoke v Cardiff
Wigan v Fulham
Birmingham v Newcastle
Brighton v Chelsea
Il-Ħadd
Blackburn v Wolves
Plymouth v Liverpool
Aston Villa v Tottenham
It-Tlieta
Exeter v Nottingham