Numru ta’ lokalitajiet qed jesperjenzaw qtugħ ta’ dawl li ma kienx ippjanat.
Għadd ta’ persuni li tkellmu ma’ din il-kamra tal-aħbarijiet qalu kif ilhom ħin twil bla dawl bla ma kienu avżati dwaru.
Dan kien konfermat ukoll mis-sit tal-Enemalta hekk kif il-qtugħ ta’ dawl qed jesperjenzawh residenti u negozjati f’partijiet mill-Gżira, San Ġwann, Tas-Sliema, u San Ġiljan.
Mhux magħruf xħin id-dawl mistenni jiġi lura.
//= $special ?>