Raġel ta’ 50 sena mis-Sudan intbagħat xahrejn ħabs talli seraq żewġ fliexken alkoħol. Sabdi Hamad Mohammed seraq erba’ fliexken minn ħanut fi Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta, nhar l-Erbgħa li għaddew u nqabad ftit tal-ħin wara.
L-Ispettur Elisia Schembri qalet li uffiċjali tal-Pulizija fil-Belt Valletta kienu nnutaw raġel suspettuż li kien qed iġorr żewġ fliexken alkoħol. Wara li qalulu biex jieqaf, telaq jiġri u tefa’ l-fliexken lejn l-uffiċjali tal-Pulizija li ppruvaw jarmuhom.
Il-fliexken li nsterqu jiswew €34, semgħet il-Qorti. Il-Maġistrat Giannella Camilleri Busuttil ikkundannat lir-raġel xahrejn ħabs u ordnatlu jħallas lura l-ammont li seraq fi żmien erba’ xhur. Il-Qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur sid il-ħanut.
Yanika Barbara Sant dehret għall-akkużat.
//= $special ?>