Lokali

Xandira speċjali għal għeluq snin Eddie Fenech Adami

Bħalissa, il-Partit Nazzjonalista qed iwassal xandira speċjali għal għeluq snin il-President Emeritu Eddie Fenech Adami.

Illum huwa għalaq l-età ta’ 91 sena fejn tul is-snin rajnih imdawwar b’karriera politika ta’ aktar minn 50 sena fejn ħalla marka kbira f’pajjiżna permezz ta’ tmexxija li ġabet bidliet li baqgħu jinħassu sal-lum.

Din ix-xandira speċjali bdiet fis-6pm u għandha tibqa’ għaddejja sal-10pm fejn qed tixxandar kemm fuq NET TV u anke fuq NET FM.

Wieħed jista’ juri l-apprezzament lejn dak li għamel Eddie Fenech Adami għal pajjiżna permezz ta’ donazzjoni.

€10 – 51602003
€25 – 51802011
€50 – 51902050
SMS €6.99 – 50618928

https://www.facebook.com/partitnazzjonalista/videos/9240826579273005