Il-Gvern Żvediż ħabbar l-intenzjoni biex, ‘il quddiem, jintroduċi riforma sinifikanti għal-liġi li tikkontrolla l-pussess tal-armi fost iċ-ċittadini. Dan wara li nqatlu ħdax – fosthom l-aggressur responsabbli – fl-akbar spartura tal-massa fl-istorja tal-Iżvezja…Massakru li kien seħħ ftit tal-jiem ilu fil-belt ta’ Orebro.
Il-pjan għandu jillimita aċċess għall-armi semi-awtomatiċi bħall-azzarini AR-15 – waqt li l-awtoritajiet għandhom jgħaddu lill-individwi mill-eżamijiet li jiddeterminaw jekk humiex ‘affidabbli’ biżżejjed biex jingħataw liċenzja għall-ġarr tal-armi.
Hemm ukoll il-pjani għall-iżvilupp ta’ sistema aktar effettiva biex isiru magħrufin in-nies li jistgħu ma jkunux ‘fi stat tajjeb’ , minn aspett mediku, għall-pussess tal-armi tan-nar.
Intant, il-media Żvediża identifikat lill-aggressur responsabbli mill-massakru ta’ Orebro bħala Rickard Andersson, ta’ 35 sena, li kien residenti fl-istess belt.
L-indikazzjonijiet qed juru li Andersson kien jattendi ċ-ċentru għall-edukazzjoni tal-adulti fejn kien wettaq l-isparatura qattiela u bil-puliziija, issa, jikkonfermaw li l-aggressur, waqt ir-reat, kien qed iġorr talanqas tlett armi tan-nar irreġistrati f’ismu.
//= $special ?>