Futbol Sport

Birkirkara jirritornaw għar-rebħ wara li għelbu lil Mosta

(Ritratt: Joseph Galea)

Birkirkara………………….2

Mosta………………………..0

Birkirkara: G. Volpe, T. Papazov, A. Coppola, N. Micallef, L. Lacunza, M. Morello, D. Makoma (P. Gaitan 71′), A. Satariano, A. Lecao (G. Yikpe 79′), K. Reid (P. Mbong 60′), M. Samurai

Mosta: U. Akpan, S. Cachia, J. Teixeira, M. Garcia Bolanos, J. Agyemang (S. Kone 63′), C. Failla, J. Arthur, P. Afriyie (J. Chukwuemeka 84′) N. Agius (G. Sciberras 63′), G. Goncalves (J. Scerri 70′), Stephen G. Chimezie

Referee: Alex Johnson

Assistenti referees: D. Sultana, R. Curtis

Birkirkara rritornaw għar-rebħ wara d-draw tal-ġimgħa li għaddiet kontra Ħamrun Spartans meta għelbu lil Mosta 2-0. Birkirkara fil-vantaġġ wara biss seba’ minuti meta wara li rċieva mingħand Maxuell Samurai, kien Alexander Satariano li kkonkluda b’xutt minbarra l-kaxxa.

It-tim ta’ Stefano De Angelis irdoppja fis-67 minuta meta kien is-sostitut Paul Mbong li kkonkluda fuq pass ta’ Lecao.