Il-President Zelensky saħaq li l-Ukrajna trid tinnegozja għal ftehim ta’ paċi u qal ukoll li mhux se taċċetta ultimatums mir-Russja, filwaqt li enfasizza l-ħtieġa ta’ garanzija ta’ siġurtà mill-alleati bħala parti minn kwalunkwe ftehim ta’ paċi.
Matul din il-Ġimgħa, il-President Amerikan Donald Trump qal li jrid l-Ukrajna tissupplixxi l-Istat Uniti b’riżorsi kritiċi bi skambju għal appoġġ finanzjarju fil-Gwerra kontra r-Russja.
F’intervista ma’ Reuters, Zelensky qal li jekk se nitkellmu dwar ftehim ta’ paċi, allura ejja nagħmlu ftehim, aħna qegħdin hawn għal ftehim.
Zelensky qal ukoll li Putin mhux biss qed jieħu art mill-Ukreni, u diġà qed jaħseb dwar kif jista’ jġib sħab oħra fl-alleanza tiegħu mal-Korea ta’ Fuq, l-Iran…u kif se jagħtihom aċċess.
Intant, Zelensky insista wkoll li jrid jiltaqa mal-President Trump qabel ma jiltaqa’ mal-President Russu, inkella jkun qisu sar djalogu dwar l-Ukrajna mingħajr l-Ukrajna.
Madankollu, il-President Zelensky u l-President Trump mistennija jiltaqgħu fil-White House kmieni l-ġimgħa dieħla.
//= $special ?>