Illejla l-poplu Malti u Għawdxi se jkun qiegħed jagħżel flimkien mal-membri tal-ġurija, min se jkun qiegħed jirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest f’Mejju li ġej. Dan wara li Nemo irnexxilu jikseb suċċess u jirbaħ dan il-festival tant prestiġġjuż fl-2024, bil-kanzunetta ‘The Code’.
Is-Sibt filgħaxija 16-il kanzunetta se jkunu qed iħabbtuha kontra xulxin fuq il-palk tal-Malta Eurovision Song Contest bil-għan li jirrappreżentaw lil pajjiżna fid-69 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest; festival mużikali segwit minn miljuni ta’ persuni minn madwar id-dinja.
ewwel darba li Malta ħadet sehem fil-Eurovision Song Contest kien fl-1971 bil-kanzunetta ‘Marija L-Maltija’ kantata minn Joe Grech.
Iżda minn hemm, mal-mogħdija taż-żmien, Malta bdiet dejjem tagħmel isem… u l-ogħla pożizzjoni li pajjiżna qatt kiseb f’dan il-festival kien it-tieni post, darbtejn. Lura fl-2002 bil-kanzunetta 7th Wonder kantanta minn Ira Losco, u fl-2005 b’Angel, kantata minn Chiara.
Il-Finali tal-Malta Eurovision Song Contest se ssir fl-MFCC, f’Ta’ Qali.
//= $special ?>