Imħallef federali fl-Istat Uniti ħareġ ordni li tipprevenji temporanjament il-pjan tal-President Amerikan Donald Trump milli jqiegħed 2,200 ħaddiem tal-aġenzija USAID fuq leave imħallas. Din l-ordni se tibqa’ fis-seħħ sa nhar l-Erbgħa 14 ta’ Frar.
L-aġenzija USAID hija waħda mill-akbar donaturi tal-għajnuna fid-dinja.
Min-naħa tiegħu, il-President Trump argumenta li l-aġenzija USAID mhijiex ta’ użu tajjeb għall-fondi pubbliċi u ppjana li jqiegħed kważi mal-10,000 ħaddiem fuq leave, ħlief għal 611 impjegat.
S’issa madwar 500 ħaddiem tpoġġew fuq leave, iżda l-imħallef ordna li dawn jirritornaw lura għax-xogħol.
Intant, l-eks kap tal-USAID, Samantha Power ddeskriviet din il-mossa ta’ Trump bħala żball serju fil-politika barranija.
Esperti qed iwissu ukoll li t-tnaqqis tal-finanzjament jaf iħalli impatt negattiv fuq il-ġlieda kontra l-mard.
//= $special ?>