Internazzjonali

It-Tajlanda tissielet il-ġlieda kontra t-tniġġis tal-ajra

Il-belt Tajlandiża ta’ Bangkok qed taffaċċja livelli kritiċi ta’ tniggis tal-ajra, li wasslet għall-għeluq ta’ 352 skola sabiex tiġi protetta s-saħħa tat-tfal.

Ir-residenti ta’ Bangkok qed ibatu minn problemi ta’ saħħa, b’ħafna jużaw maskri protettivi.

Intant, il-gvern tat-Tajlandja qed jintroduċi programmi sabiex inaqqas it-tniġġis tal-ajra u offra transport pubbliku b’xejn għal ġimgħa sabiex jillimitaw l-użu tal-karozzi.

Dan it-tniġġis tal-ajra huwa kkawżat primarjament minn ħruq ta’ għelejjel, traffiku u tal-industrija.

Skont il-Fond Internazzjonali ta’ Emerġenza għat-Tfal tan-Nazzjonijiet Uniti saħqu li dan it-tniġġis qed iwassal għall-mewt ta’ 100 tifel kuljum fl-Asja tax-Xlokk.

Madankollu, ir-residenti tat-Tajlandja qed jappellaw lill-awtoritajiet sabiex jinstabu soluzzjonijiet fit-tul halli itejbu l-kwalità tal-ajra u jipproteġu s-saħħa pubblika