Il-Ħadd 9 ta’ Frar – fuq NET Television mill-4.10 pm ‘l quddiem jixxandar is-sittax il- programm SPORT EXTRA bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli. Fl-ewwel parti tal-ewwel programm intervista ma’ Vincent Degiorgio Segretarju Ġenerali tal-Malta Pool Association b’rabta mal-Kampjonati tal-Ewropa 2025 tal-Pool li qed isiru Malta f’dawn il-ġranet b’dettalji kemm dwar il-kontinġent Malti kif wkoll dwar il-logistika b’rabta mal-istess Kampjonati.
Fit-tieni parti tal-programm il-mistieden specjali huwa Valerio Vermigilio wieħed mill-aqwa plejers tal-volleyball ta’ kull żmien fl-Italja li fl-2004 fl-Olimpijadi ta’ Ateni kiseb wkoll il-midalja tal-fidda. SPORT EXTRA għandu lil Antoine Farrugia Lauri bħala responsabbli mill-muntaġġi u filmati minn Keith Mizzi u Michael Farrugia .
![](https://cdn.netnews.com.mt/wp-content/uploads/2025/02/08164948/130cc443-24f1-4abd-bda6-02f69154866d-600x376.jpg)
Charles Camenzuli jintervista lil Valerio Vermiglio
//= $special ?>