Lokali

“L-emendi fil-liġi huma elimininazzjoni tad-dritt taċ-ċittadin” – Kamra tal-Avukati

Ħadd ma hu ‘l fuq mill-liġi, ħadd mhu eskluż mil-liġi u ħadd mhu eskluż milli jirrispondi għal dak illi jagħmel.

Il-kundanni fil-konfront ta’ Robert Abela komplew jiżdiedu, hekk kif issa kienet il-Kamra tal-Avukati illi ħarġet tikundanna l-għaġla ta’ Robert Abela sabiex idaħħal liġi li tirristrinġi d-dritt taċ-ċittadin.

Fi stqarrija ppubblikata mill-Kamra tal-Avukati, ġie spjegat illi l-avukati ma jistgħux jifhmu għalfejn il-Gvern qed jgħaġġel sabiex iressaq emenda fil-liġi quddiem il-Kamra tad-Deputati sabiex inaqqar mid-drittijiet taċ-ċittadini – u jirristrinġihom milli jmorru quddiem Maġistrat sabiex jiftaħ inkjesta Maġisterjali f’każijiet ta’ kriminalitajiet fosthom korruzzjoni u ħasil ta’ flus.

L-Avukati spjegaw ukoll illi minkejja li ma ssibx diffikultà li jitressqu emendi sabiex il-proċess tal-ftuħ tal-inkjesti jkun wieħed trasparenti, huma qatt ma jistgħu jaqblu li tidħol emenda illi xxekkel mid-dritt taċ-ċittadin Malti u Għawdxi li jikxef l-abbużi.

Bil-Kamra tal-Avukati nnottat ukoll suspett qawwi fl-emenda mressqa, hekk kif sostniet illi din l-emenda torbot lill-Ġudikatura u liċ-ċittadin, iżda mhux lill-Pulizija.

Huma stqarrew illi din l-emenda, tħalli ċ-ċans ta’ konsegwenza fuq l-awtonomija tal-Maġistrati