Internazzjonali

L-Istati Baltiċi jinqatgħu mill-grid Russu u jingħaqdu mal-UE

Il-pajjiżi baltiċi bdew proċess storiku biex jinqatgħu mill-grid tal-elettriku Russu u jingħaqdu mal-grid elettriku tal-UE.

Dawn il-pajjiżi jinkludi l-Estonja, il-Latvja, u l-Litwanja.

Din it-tranżizzjoni li mistennija tieħu jumejn ha tibqa’ għaddejja sa nhar il-Ħadd, u qed iiġi sorveljat mill-UE flimkien man-NATO minħabba riskju ta’ provokazzjonijiet u attakki ċibernetiċi mir-Russja.

Intant, għalkemm it-tliet pajjiżi ilhom ma jixtru elettriku mir-Russja għal kważi tliet snin, xorta kienu jiddependu fuq ir-Russja għall-enerġija.

Għaldaqstant, b’din il-mossa, il-pajjiżi baltiċi se jkunu qed ineħħu l-kontroll ta’ Moska fuq is-sistema tal-elettriku.