Mir-raba’ rawnd tal-FA Cup Manchester City kellhom jirkupraw minn gowl żvantaġġ biex għelbu lil Leyton Orient 2-1 biex b’hekk avvanzaw għall-fażi li jmiss. Kienu Leyton Orient li wara sittax-il minuta ħasdu lil City meta minn konklużjoni mill-bogħod ta’ Jamie Donley il-ballun ħabat mal-mimduda u ma dahar Stefan Ortega u daħal fix-xibka. Manchester City wettqu xi bidliet wara l-mistrieħ u kien xutt ta’ Rico Lewis li ħabat ma Abdoukodir Khusanov li għamilhom 1-1 qabel ma’ Kevin De Bruyne għamel l-iskor 2-1 għat-tim ta’ Pep Guardiola.
Chelsea kienu eliminati minn Brighton wara li għelbuhom 2-1. Awto-gowl ta’ Bart Verbruggen poġġa lill-Blues fil-vantaġġ wara biss ħames minuti. Georginio Rutter għamilhom 1-1 fit-12-il minuta. Il-gowl tal-kwalifikazzjoni wasal fis-57 minuta permezz ta’ Kaoru Mitoma.
F’partita bejn żewġ timijiet mill-Premier League, Bournemouth barra minn darhom għelbu lil Everton 2-0. Antoine Semenyo fetaħ l-iskor b’penalty qabel ma Daniel Jebbison għamilhom 2-0 qabel il-mistrieħ.
Newcastle tħabtu mhux ftit biex għelbu lil Birmingham City 3-2. Ethan Laird poġġa lil Birmingham fil-vantaġġ wara biss minuta. Joe Willock għamilhom 1-1 fit-22 minuta. Callum Wilson għamilhom 2-1 fis-26 minuta. Birmingham ġabu l-iskor indaqs fl-40 minuta permezz ta’ Tomoki Iwata. Lejn it-tmiem reġa kien Joe Willock li skorja dak li kellu jkun il-gowl ta’ kwalifikazzjoni.
//= $special ?>