Milan kisbu rebħa ta’ 2-0 barra minn darhom kontra Empoli biż-żewġ timijiet itemmu l-partita b’għaxar plejers. L-ewwel kien Fikayo Tomori li tkeċċa fil-55 minuta u mbagħad għaxar minuti wara kien Luca Marianucci. Milan skorjaw darbtejn fl-aħħar 22 minuta permezz ta’ Rafael Leao u Santiago Gimenez.
Atalanta wkoll rebħu barra minn darhom bil-iskor ta’ 5-0 fuq Verona. L-eroj għat-tim minn Bergamo kien Mateo Retegui li skorja erba’ darbiet bil-gowl l-ieħor ikun skorjat minn Ederson.
Torino u Genoa ħadu punt kull wieħed fi draw ta’ 1-1. Awto-gowl ta’ Morten Thorsby poġġa lil Torino fil-vantaġġ qabel il-mistrieħ. Andrea Pinamonti ġab l-iskor indaqs fit-68 minuta.
//= $special ?>