Rugby Sport

Mis-Six Nations, rebħiet għall-Ingilterra u l-Italja b’Wales isofru l-14-il telfa konsekuttiva

(Ritratt: EPA)

L-Ingilterra kisbu rebħa 26-25 kontra Franza mis-Six Nations. Din kienet l-ewwel rebħa għall-Ingilterra f’din il-kompetizzjoni. Kienet rebħa diffiċli għat-tim Ingliż hekk kif fil-mistrieħ l-iskor kien f’parità.

Għat-tim Ingliż għamlu tries Lawrence, Freeman, Baxter u Daly filwaqt li għal Franza għamel żewġ tries Bielle-Biarrey u Penaud.

L-Italja taw l-14-il telfa konsekuttiva lil Wales f’rebħa konvinċneti ta’ 16-3. Kienet rebħa komda għat-tim Taljan hekk kif fi Stadio Olimpico ddominaw mill-bidu. Għal Wales din kienet rekord ta’ 14-il telfa konsekuttiva. Għall-Italja għamel try Capuozzo filwaqt għal Wales għamel try Wainwright.