Raġel Serb residenti San Ġiljan ta’ 35 sena kien mixli fil-Qorti li xejjer arma tan-nar ikkargata f’Tas-Sliema.
Vladimir Stankovic kien mixli li wettaq dan ir-reat fis-7 ta’ Frar li għadda f’xi ħin bejn id-9am u nofsinhar. Kien mixli wkoll li kiser sentenzi tal-Qorti.
Ir-raġel kien arrestat wara li żewġ uffiċjali tal-LESA għamlu rapport lill-Pulizija.
Fir-rapport qalu li xi nies qalulhom li raw lill-akkużat ixejjer arma tan-nar ikkargata f’Tas-Sliema.
L-akkużat wieġeb mhux ħati u baqa’ miżmum taħt arrest wara li d-difiża ma talbitx li jinħeles. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Lydon Zammit u Michael Vella.
//= $special ?>