Gżira U…………..1
Hibernians……..4
Gżira U.: C. Formosa, J. Minala, A. Borg, T. Aldama (M. De Filippis 64′), F. Chouaib, C. Riascos, M. Shaquill, D. Barboso, S. Denic, B. Borg (S. Schembri 71′), T. Espindola
Hibernians: H. Sacco, H. Silas, K. Shaw, L. Villela, R. Fraga (L. Caruana 83′), J. Degabriele (I. Chukunyere 83′), B. Kristensen, A. De Souza, I. Martinis (R. Ribeiro 75′), M. Ellul (D. Xuereb 75′), H. Nunes (S. Sorokin 83′)
Referee: Daniel Portelli
Assistenti Referees: R. Vella, M. Scerri
Rebħa komda ta’ 4-1 għal Hibernians, rebħa li mmaturat fit-tieni taqsima hekk kif it-tim minn Raħal Ġdid daħal jistrieħ 1-0 minn taħt.
Kienu propju Gżira li qabel il-mistrieħ fetħu l-iskor permezz ta’ penalty ta’ Faysal Hassany. Fit-tieni taqsima, Hibernians ħarġu fuq l-offensiva u ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ Khevin Fraga. Hibernians marru fil-vantaġġ fl-54 minuta permezz ta’ Luca Villela. Gowl minn Bjorn Kristensen u s-sostitut Rui Ribeiro fl-aħħar 20 minuta tal-partita għamlu l-iskor finali 4-1.
//= $special ?>