Il-Pulizija arrestat tliet irġiel wara ġlieda li nqala’ kmieni s-Sibt filgħodu fi Triq Draguna, f’San Ġiljan.
L-argument seħħ għall-ħabta tal-4.30 ta’ filgħodu.
F’dan l-argument, kien hemm involut raġel ta’ 24 sena minn Wied il-Għajn flimkien ma’ żewġ irġiel oħra ta’ 28 sena u 27 sena minn Ħaż-Żabbar.
Fuq il-post wasslu l-Pulizija, fejn sabu grupp ta’ nies b’flixkien ta’ ħġieġ f’idejhom.
Matul din il-konfrontazzjoni, iż-żagħżugħ ta’ 24 sena resaq lejn wieħed mill-irġiel bi flixkun imkisser, u għalhekk il-Pulizija kellha tagħmel użu mit-taser gun.
Fl-istess waqt, ir-raġel ta’ 28 sena attakka uffiċjal tal-Pulizija.
Fuq il-post marru ukoll tim mediku, fejn il-persuni nvoluti ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura medika.
Ir-raġel ta’ 28 sena ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi, filwaqt li tliet pulizija sofrew ġrieħi ħfief.
L-irġiel l-oħra ma weġġgħux.
Intant, l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, fejn it-tliet persuni mistennija jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.
//= $special ?>