Kmieni s-Sibt filgħodu, tliet ostaġġi Iżraeljani ġew rilaxxati bħala parti mill-ftehim għall-waqfien mill-ġlied f’Gaza.
It-tliet persuni illi kienu ilhom ostaġġi xhur sħaħ ġew rilaxxati mill-grupp Hamas.
Il-persuni meħlusa ġew identifikati bħala Eli Sharabi, Ohad Ben Ami, u Or Levy. Dan tal-aħħar kien inħataf min-Nova Music Festival…fl-attakki tas-7 ta’ Ottubru 2023.
Intant, dan il-ħelsien tal-Iżraeljani sar bi skambju għal 183 priġunier Palestinjan, illi fosthom kien hemm aktar minn 70 persuna li kienu qed jservu sentenza ta’ għomor il-ħabs, filwaqt li l-kumplament nqabdu f’Gaza matul dan il-kunflitt.
Il-karozza tal-linja li fuqha kien hemm il-priġunieri Palestinjani waslet f’Ramallah….fix-Xatt tal-Punent. U dawk meħlusa intlaqgħu minn folla ta’ nies li bdew jagħmlu s-sinjal V tar-rebħa – filwaqt li bdew jieħu ritratti mal-priġunieri li issa irritornaw għall-ħajja libera.
Bħala parti minn dan il-ftehim għall-waqfien mill-ġlied, hemm total ta’ 33 ostaġġ u 1,900 priġunier Palestinjan li mistenni jinħeles sal-konklużjoni tal-ewwel fażi – li se tieħu tliet ġimgħat.
//= $special ?>