Futbol Sport

Aston Villa fir-rawnd li jmiss b’rebħa fuq Tottenham Hotspur

Aston Villa għaddew għar-rawnd li jmiss tal-FA Cup wara li għelbu lil Tottenham Hotpsur 2-1.

Wara biss żewġ minuti Aston Villa fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Morgan Rogers kien Jacob Ramsey li għeleb lil Antonin Kinsky. Minkejja reazzjoni minn Tottenham l-ewwel taqsima ntemmet b’vantaġġ minimu għal Aston Villa.

L-andament matul it-tieni taqsima baqa’ l-istess b’Aston Villa jkollhom aktar pussess mill-avversarji li deher evidenti wkoll fl-azzjonijiet offensivi fuq il-lasti ta’ Kinsky. B’Emiliano Martinez rari jkun impenjat fil-65 minuta Aston Villa rdoppjaw. 2 – 0 permezz ta’ Morgan Rogers li għeleb lil Antonin Kinsky wara li rebound ta’ Pedro Porro li pprova jsalva b’Kinsky gia megħlub.

Bir-riżultat deciz, ir-reazzjoni minn Tottenham waslet fl-ewwel minuti ta’ ħin miżjud meta minn azzjoni ta’ Dejan Kulusevski kien Mathys Tel li għeleb lil Martinez 2 – 1 . Minuti wara Anthony Taylor saffar tmiem il-partita b’Aston Villa fil-fażi li jmiss tal-FA Cup.