Fuq l-ġurnal Malta Independent il-Professur tal-liġi Kevin Aquilina saħaq li r-riforma fl-Inkjesti li ressaq il-Gvern Laburista hija mhux biss riforman mhux meħtieġa iżda kapaċi tkun “fatali” għas-saltna tad-dritt f’pajjiżna.
Fil-ġurnal hu sostna li dan il-Gvern qed jibqa’ dejjem aktar qed idaħħal “kultura ta’ impunità” f’pajjiżna. Hu sostna li din l-atmosfera tax-xejn mhu xejn qed tkomplin tikkonferma li l-manuvri ta’ dan il-Gvern ma jipurtahx fis-sewwa iżda dwar kif ser isalva ġildu u ġild dawk l-aktar viċin tiegħu.
Il-Professur Aquilina saħansitra kompla jgħid dan il-Gvern ġo fih għandu elementi “faxxisti” li qed jagħksu mhux biss il-libertajiet tal-Maltin u Għawdxin, però qiegħdin iġibu l-pajjiżna fi Stat tal-biki.
Hu faħħar lil Partit Nazzjonalista talli mill-bidu nett ħareġ li hu kontra din ir-riforma, li mhu ser tagħmel xejn għajr li tnaqqar mid-drittijiet fundamentali taċ-ċittadin – minħabba l-korrotti li ħakmu lil dan il-Gvern.
//= $special ?>