Futbol Sport

Floriana b’rebħa fl-aħħar minuti kontra Marsaxlokk

(Ritratt: Joseph Galea)

Iż-żewġ captains tat-tim Dunstan Vella (F) u Leandro Aguirre (M) flimkien mar-referee Matthew De Gabriele janalizzaw l-istat tat-Tony Bezzina Stadium.

FLORIANA…………….2

MARSAXLOKK……….1

Floriana: C.Mafoumbi, O.El Hasni, J.Grech (E.Mashike 63’), Z.Scerri (J.Portocarrero 70’), D.Vella, M.Garcia, C.Zammit Lonardelli (A.Garzia 72’), G.Gamarra, F.Sasere, A.Kouro, G.Yameogo

Marsaxlokk: M.Calleja Cremona, K.Micallef, J.Soares, N.Muscat, Y.Messias, J.Corbolan (S.Kukhianidze 76’), J.Ulises, M.Adamec (D.Quinones 90’), L.Dessypris, A.De Aguiar, L.Aguirre

Imwissija: J.Grech 51’, D.Vella 90’ (F) J.Soares 45’ (M)

Skorjaw: G.Gamarra 16’, M.Garcia 89’ (F) L,Dessypris 81’ (M)

Referees: Matthew De Gabriele

Assistenti referees: James Muscat u Paul Apap

Floriana kisbu rebħa kruċjali hekk kif għelbu lil Marsaxlokk 2-1 permezz ta’ gowl fl-aħħar minuti ta’ Matias Garcia. Il-partita kienet ikkaratterizzat minn Maltemp qawwi, fejn saħansitra bdiet siegħa tard u f’ċertu mumenti kien hemm anke l-ħsieb li titħassar.

Ftit wara kwarta logħob il-Greens fetħu l-iskor permezz ta’ freekick mill-isbaħ ta’ Gamarra li għeleb tajjeb lil Calleja Cremona.

Ix-Xlukkjar irnexxielhom jiksbu d-draw pjuttost tard fil-partita u ħasbu li kien biżejjed biex ikomplu l-forma pożittiva permezz ta’ Desspryis, madankollu l-Greens għal darb’oħra jsibu x-xibka din id-darba tard fil-partita permezz ta’ Matias Garcia.

Yuri Messias ta’ Marsaxlokk jaqbeż lill-goalkeeper Christopher Mafoumbi (Ritratt: Joseph Galea)

It-Tony Bezzina Stadium qabel il-partita bejn Floriana u Marsaxlokk (Ritratt: Joseph Galea)