Lokali

Ħabta bejn żewġ karozzi tal-linja tagħlaq kompletament Triq Sant Anna

Rapporti li qed jaslu għand Net News juru kif seħħet ħabta kerha bejn żewġ karozzi tal-linja fi Triq Sant Anna, il-Furjana, direzzjoni lejn il-Blata l-Bajda.

Mhux magħruf jekk hemmx xi persuni li sofrew minn xi ġrieħi kaġun ta’ dan l-inċident.

Fil-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei biex jassisti lil dawk involuti.

Iż-żewġ karreġjati f’direzzjoni minnhom jinsabu kompletament magħluqa għat-traffiku, bil-Pulizija jinsabu fil-post biex jidderiġu t-traffiku. Wieħed qed ikun mitlub biex jevita z-zona.

Iktar dettalji fil-ħin li ġej.

Ritratti: Catriel Farrugia Sghendo