Kenneth Vella
Il-Ħadd wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa saret it-tielet laqgħa tas-sena fejn b’kollox saru ħdax -il tiġrija tat-trott. Fost l-oħrajn spikkaw iż-żewġ heats mill-kampjonat organizzat bil-kollaborazzjoni tar-Reġjun tan-Nofsinhar. Dan għal żwiemel tal-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m u li ntrebħu minn Isabelle Sisu u Kennedy. Barra dan saru wkoll sitt heats mill-kampjonat Assikura għal żwiemel tal-klassi Gold fuq distanza wkoll qasira.
Sittax -il żiemel ħadu sehem fl-ewwel heat Premier. Minnha sitt żwiemel għamluha għall-finali. Din il-heat rat lid-debuttanta Isabelle Sisu (Nathaniel Barbara) tmur quddiem sa mill-bidu nett tat-tiġrija u okkupat l-ewwel post sal-linja finali. B’hekk hi ħadet l-ewwel rebħa fi xtutna faċilment b’tul u nofs minn Frappe Fort (Jesmar Gafa’) u Dragster De Bomo (Cliferty Calleja). Żiemel ieħor ġdid minn Franza, Fitzy De Vive (Laura Frendo), temm ir-raba’ minn Iwan Boko (Noel Baldacchino) u Marrakesh (Owen Borg).
Taiga Woodland (Cherise Farrugia) li kien għal ħafna ħin quddiem matul id-distanza tat-tieni heat tal-aqwa klassi, ċeda kollox f’nofs id-dritta finali. Dan inqabeż mill-ġdid Kennedy (Paul Galea) li wkoll ħa l-ewwel rebħa f’Malta minn Eden De L’Iton (Clint Vassallo). Taiga Woodland kellu jikkuntenta bit-tielet post quddiem El Presidente (Charles Camilleri), Caprice De Cosse (Mario Fenech) u Ellington Dream (Jesmar Gafa’).
Ir-riżultati kollha
I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. King Of Terrail (Ch Camilleri) Ħin – 2.49.7” (1.19.3”) 2. Hippolyte De Bois (P. Galea) 3. Hartist Griff (N. Baldacchino) 4. Fakir De Mone (D. Cortis)
II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Ivanhoe De Retz (W. Cutajar) Ħin –2.495” (1.19.2”) 2. Kalina Castelle (Ch. Gauci) 3. Invite De Star (J. Zahra) 4. Isseo De Nappes (D. Debono)
III Tiġrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Summerrazz (P. Galea) Ħin – 2.40.9” (1.15.2”) 2. Cristal Jihaime (Ch. Gauci) 3. Carbonfiber (J. Gafa’) 4. Donnezac (R. Magro)
IV Tiġrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Etna Du Lupin (R. Magro) Ħin – 2.50.4” (1.16.7”) 2. Far West De Chenu (R. Gatt) 3. Hamlet Du Vivier (Ch. Camilleri) 4. Concerto Star (I. Mazzitelli)
V Tiġrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. First Dream (R. Magro) Ħin – 2.43.8” (1.16.6”) 2. Weather Chart (A. Cassar) 3. Liam Dana (Ch. Camilleri) 4. Defi Nay (A. Abela)
VI Tiġrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Duc Du Chene (M. Debattista) Ħin – 2.46.2” (1.17.7”) 2. Awesome Kronos (N. Baldacchino) 3. Fahrenheit Flower (D. Baldacchino) 4. Serious Sam (C. Gauci)
VII Tiġrija. Heat Kampjonat Reġjun tan-Nofsinhar. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Isabelle Sisu (N. Barbara) Ħin – 2.45.4” (1.17.3” 2. Frappe Fort (J. Gafa’) 3. Dragster De Bomo (C. Calleja) 4. Fitzy De Vive (L. Frendo) 5. Iwan Boko (N. Baldacchino) 6. Marrakesh (O. Borg)
VIII Tiġrija. Heat Kampjonat Reġjun tan-Nofsinhar. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Kennedy (P. Galea) Ħin – 2.39.7” (1.14.6”) 2. Eden De L’Iton (C. Vassallo) 3. Taiga Woodland (Cherise Farrugia) 4. El Presidente (Ch. Camilleri) 5. Caprice De Cosse (M. Fenech) 6. Ellington Dream (J. Gafa’)
IX Tiġrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Havaroche (N. Baldacchino) Ħin – 2.46” (1.17.6”) 2. Felicio Du Joamax (J. Zahra) 3. Cruise (P. Galea) 4. Surf’N Turf (Ch. Camilleri)
X Tiġrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Rampant (M. Sultana) Ħin – 2.44.3” (1.16.8”) 2. Diamant Du Ruel (J. Gafa’) 3. Imola Boko (Cherise Farrugia) 4. Dynamic La Borie (R. Gatt)
XI -il Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Fief (I. Bilocca) Ħin – 2.49.3” (1.19.1”) 2. Cash On Line (M. Bonnici) 3. Evita D’Estree (A. Farrugia) 4. Satellit L.A. (Sh. Formosa)
//= $special ?>