Kmieni dalgħodu ġiet imħabbra il-mewt tal-eks President tal-Malta Billiards & Snooker Association fl-eta’ ta’ 88 sena.
Huwa kien ilu involut fis-snooker lokali f’numru ta’ pożizzjonijiet differenti għal aktar minn 50 sena iżda fl-2020, minħabba ragunijiet ta’ saħħa, ma kienx rega’ kkontesta għal kariga ta’ President tal-MBSA.
Fil-ħidma tiegħu f’dan l-isport kien eżaminatur tar-referees tas-snooker f’Malta filwaqt li sar l-ewwel Malti li kien inħatar bħala referee internazzjonali.
Bugeja fit-tmun tal- MBSA ra l-akbar ħolma tiegħu issir rejalta’ meta fl-2018, infetħet l-Akkademja tas-Snooker fil-Hamrun, f’Diċembru tal-2018. Huwa kien strumentali wkoll fl-organizzazzjoni ta’ numru ta’ tournaments internazzjonali li saru f’Malta, li kienu jinkludu kampjonati Ewropej u anke’ Dinjija, kemm dawk għat-timijiet, Masters u anke’ Juniors. L-aħħar wieħed min dawn ikun, fl-2020, meta f’pajjizna l-World Snooker Federation organizza l-World Junior Open li kien mirbuħ miċ-Ciniż, Yang Gao, li ġimgħa l-oħra rebaħ lil Malti, Brian Cini fil-finali tal-kampjonat tad-dinja tas-snooker tal-amateurs.
Għalkemm f’dawn l-aħħar snin ma baqax daqstant attiv, huwa xorta baqa’ jsegwi dak li kien ikun għaddej fix-xena lokali tas-snooker u f’Marzu tal-2023 kien wieħed mill-mistiednin speċjali tal-MBSA għal finali tal-kampjonat Ewropew tal-Irgiel tal-European Billiards & Snooker Association li saret f’lukanda prominenti fil-Qawra.
//= $special ?>