Lokali

Innotat duħħan f’nofs ta’ baħar qrib Fifla

Ritratti li qed jaslu għand dan is-sit juru xi ħaġa f’nofs ta’ baħar li jidher li sofriet minn xi tip ta’ ħsarat b’riżultat li deher duħħan ħiereġ minnha.

Dan id-duħħan deher għall-ħabta tal-4:30 pm qrib Filfla minn persuni li kienu fuq l-irdumijiet fin-Nofsinhar u l-Lbiċ ta’ Malta.

X’wassal għal dan għadu mhux magħruf, bl-ebda rapport fi bżonn ta’ kura medika ma daħal għandi l-Pulizija.

Iktar dettalji kif jidħlulna.