Ix-Shadow Minister, David Agius wassal l-appelli biex għadd ta’ lokalitajiet jinbidlu f’ċentri sportivi ħalli kull atleta, hu xinhu l-isport, ikolli spazju ddedikat propju għall-isport tiegħu.
Appell li twassal waqt konferenza dwar l-isport li ttellgħet mill-Partit Nazzjonalista li kienet immexxija mill-ġurnalist veteran, Charles Camenzuli u s-Segretarju ta’ TimSportPN, Paula Briffa.
David Agius fakkar kif pajjiżna għandu ħafna kapaċitajiet li jistgħu jwasslu biex pajjiżna jkun ta’ suċċess fis-settur sportiv. Tant li huwa appella li pajjiżna jirsisti u joffri l-fondi kollha possibbli għaliex anke għandna l-abbiltajiet u t-talenti biex naslu nirbħu medalja Olimpika.
L-attività nvolviet il-parteċipazzjoni ta’ għadd ta’ persuni li jaħdmu f’dan is-settur fejn iddiskutew il-fatt li l-isport ma jingħatax ir-rikonoxximent u r-rispett kollu li jeħtieġlu. Preżenti kien hemm George Vital Zammit fl-irwol tiegħu li jfassal il-programm elettorali tal-PN.
//= $special ?>