Żewġt żgħażagħ jistgħu jgħodduha b’waħda wara li l-vann li kienu qed isuqu spiċċa waqa’ m’għola sular u nofs f’wied hekk kif is-sewwieq tilef il-kontroll.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9 pm fi Triq ir-Rabat, iż-Żebbuġ, Għawdex.
Il-Pulizija marret minnufih fil-post u minn stħarriġ li sar irriżulta li Maċedonjan ta’ 25 sena u residenti ż-Żebbuġ, Għawdex, tilef il-kontroll tal-vann u waqa’ f’wied madwar sular u nofs għoli. Fil-vettura kien hemm ukoll Maċedonjan ieħor ta’ 36 sena u jgħix iż-Żebbuġ, Għawdex ukoll.
Fil-post ġew imsejħa l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu. Ambulanza ħadet lill-irġiel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex sabiex jingħataw il-kura meħtieġa, fejn ġew iċċertifikati bi ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>