Basketball Sport

Kampjonat BOV Irġiel: Valletta lura fil-ġlieda għar-raba’ post wara rebħa fuq Depiro

(Ritratt: Elton Sant)

Colin Schembri

Hibernians………….91

Sigma Depiro……82

(25-22)(18-15)(15-16)(33-29)

Hibs saħħew l-ewwel post tal-klassifika b’rebħa fuq Sigma Depiro 91-82 f’partita kumbattuta fejn spikka l-Amerikan Tederick Wolfe b’46 punt flimkien ma’ sieħbu Derek Brown. Minn naħa tal-Amerikani ta’ Depiro Brandon Porter u Cameron Cornelius qasmu bejniethom 51 punt. Kienu Depiro li bdew l-aħjar meta marru 9-5 minn fuq. Kien hemm trippli fuq kull naħa minn Wolfe u Cornelius qabel ma Hibs għamlu break qasir ta’ 8-2 biex marru punt minn fuq 18-17. Porter reġa’ poġġa lil Depiro fuq quddiem iżda trippla ta’ Brown u punti minn Wolfe raw lil Hibs jagħlqu t-taqsima fuq quddiem 25-22. Fit-tieni perjodu kienu Depiro li għamlu run ta’ 8-1 bi trippla ta’ Cornelius għal skor ta’ 30-26. Hawn Hibs kellhom mument mill-aqwa bi break ta’ 12-0 maqsum bejn Wolfe, Brown u Miguel Mallia. Depiro għalqu s-sessjoni bi trippla ta’ Miguel Brincat għal skor ta’ 43-37.

Wara l-intervall il-logħob kien maqsum u minkejja t-trippli ta’ Depiro minn Cornelius u Dominic Tomasi, Hibs baqgħu 3 minn fuq 50-47. Hibs għamlu break ieħor ta’ 7-0 però Depiro wieġbu b’żewġ trippli minn Brincat u Porter biex naqqsu d-distakk 58-53. Fl-aħħar taqsima, sforz qawwi minn Depiro ssarraf fi break ta’ 11-2 biex huma marru punt minn fuq 69-68. Hibs ġew f’tagħhom u mmexxija minn Wolfe u Gouder għamlu run ta’ 10-2 u reġgħu ħadu l-vantaġġ. Depiro reġgħu wieġbu bi trippli ta’ Brincat u Cornelius qabel ma Hibs għamlu l-aħħar ħames punti minn Wolfe u Brown u rebħu l-partita 91-82.

Hibernians: T. Wolfe 46, D. Brown 20, P. Attard, L. Attard, L. Farrugia, A. Axiaq 2, M. Gouder 7, M. Attard, T. Gjurovski, M. Mallia 3, I. Demcesen 13, S. Simic 1.

Sigma Depiro: D. Bugeja 11, N. Bozovic 2, N. Zivkovic, L. Stefanovic, A. Trapani, D. Tomasi 5, B. Porter 25, M. Brincat 13, C. Cornelius 26, M. Debattista

Referees: Fiorentina Ciurariu, Nicky Azzopardi, Wendell Lin

Sigma Depiro………58

Valletta Lions……..60

(20-9)(9-20)(10-14)(19-17)

Sigma Depiro kienu impenjati fit-tielet partita f’inqas minn seba’ t’ijiem meta ltaqgħu f’konfront dirett kontra Valletta Lions. U partita mportanti bħal din kellha bil-fors tispiċċa b’mod drammatiku meta kienu żewġ free-throws tal-Amerikan Myles Carter fl-aħħar 0.6 sekondi li taw ir-rebħa lil Valletta fuq skor ta’ 60-58 . Depiro rkupraw lil Sean Galea li kien nieqes fil-partita kontra Hibernians. Il-partita kellha bidu bilanċjat bil-punti ta’ Serge Hamparsoumian u Eric Terry għal Valletta u Brandon Porter għal Depiro. Hawn Depiro kellhom tlett trippli wara xulxin minn Miguel Brincat u Sean Galea f’run ta’ 16-1 li rathom imorru 20-5 minn fuq. Qabel intemmet it-taqsima, Terry ġab erba’ punti lura għal Valletta għal skor ta’ 20-9. Depiro kabbru l-vantaġġ għal 14 –il punt fil-bidu tat-tieni perjodu 25-11 wara trippla oħra ta’ Galea. Valletta rkupraw u għamlu break sabiħ ta’ 13-0 bi trippla ta’ Nicholas Grech u punti minn Terry u Piotr Stelmach. Depiro waqqfulhom ir-run b’żewġ baskets ta’ Porter però trippla minn Nikola Vasovic u basket ieħor ta’ Hamparsoumian għalaq is-sessjoni fuq parita ta’ 29 punt kull team.

Fit-tielet sessjoni Valletta fetħu b’sitt punti mingħajr risposta minnS tefan Vincic u Terry. Depiro rrispondew bi break ta’ 7-0 biex qalbu r-riżultat però kien imiss lil Valletta li jagħmlu run ta’ 8-0 kważi kollha minn Carter biex temmew il-perjodu 43-39 minn fuq. Fl-aħħar taqsima, trippla ta’ Brincat ġabet parita għal darb’oħra 45-45. Għal xi ħin iż-żewġ timijiet irrispondew lil xulxin qabel ma Valletta għamlu żewġ trippli wara xulxin minn Stelmach u Carter. Depiro reġgħu ħadu l-vantaġġ bil-punti ta’ Porter u Cornelius però Carter reġa wieġeb bi trippla għall-Beltin. Cornelius għamel l-iskor indaqs 58-58 fl-aħħar tlett sekondi. Fl-aħħar attakk, Carter sofra foul minn Porter u għamel il-free-throws li taw ir-rebħa lil Valletta 60-58.

Sigma Depiro: S. Galea 6, D. Bugeja 2, N. Bozovic, N. Zivkovic, L. Stefanovic, A. Trapani, D. Tomasi , B. Porter 25, M. Brincat 9, C. Cornelius 16, M. Debattista.

Valletta Lions: N. Grech 3, F. Mifsud Bonnici 2, N. Da Silva, M. Carter 17, P. Stelmach 7, S. Hamparsoumian 8, D. Schembri, J, Camilleri, N. Vasovic 7, S. Vincic 2, E. Terry 14.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Fiorentina Ciurariu

Hibernians……………………………..99

Luxol Sherries Estates……………85

(28-17)(22-18)(29-25)(20-25)

Hibernians kisbu rebħa oħra kontra avversarju dirett meta għelbu lil Luxol Sherries Estates 99-85. Hibs irkupraw lil Neil Cassar fil-waqt li kien nieqes Stefan Simic. Hibs kellhom bidu qawwi tant li wara 4 minuti kienu diġa 15-2 minn fuq. Il-punti tagħhom waslu primarjament minn Tederick Wolfe u Ivan Demcesen flimkien ma’ trippla ta’ Derek Brown. Luxol kellhom trippla minn Darron Howard qabel ma Hibs għamlu 8 punti oħra mingħajr risposta ukabbru l-vantaġġ 23-5. Luxol irkupraw bi break ta’ 10-2 fosthom 2 trippli oħra ta’ Howard biex l-ewwel taqsima għalqet bil-Hibs fuq quddiem 28-17. Luxol bdew it-tieni taqsima b’seba’ punti konsekuttivi minn Howard u Vukassin Jandric.  Wolfe wieġeb għal Hibs bil-Luxol ikollhom il-punti ta’ Nikola Djakovic. Hibs għamlu run oħra ta’ 12-0 bi trippla minn Matthew Gouder u l-punti ta’ Brown u Matthew Attard. Jandric waqqafhom bi trippla però punti minn Anton Axiaq u Brown raw lil Hibs jidħlu jistrieħu 50-35 minn fuq.

It-tielet taqsima kienet fotokopja tal-ewwel waħda bit-team ta’ Hibernians jiddominaw bi break qawwi ta’ 19-2. Huma kellhom sensiela ta’ punti konsekuttivi minn Demcesen u Brown flimkien ma’ Wolfe. Luxol kellhom risposta b’sitt trippli minn Jandric, Nathan Xuereb u Adam Azzopardi però xorta kien għad fadal distakk ta’ 19 –il punt fi tmiem il-perjodu 79-60 favur Hibs. L-aħħar sessjoni serviet biex Luxol jagħmlu l-iskor aktar rispettabli hekk kif kien hemm diversi players żgħażagħ fuq il-court. Kien hemm fost l-oħrajn it-trippli ta’ Miguel Mallia u Wolfe għal Hibs u l-punti ta’ Caleb Mccrary li t-tnax il-punt totali tiegħhu għamilhom f’dan il-perjodu. Luxol għalqu b’run ta’ 10-2 li però ma kellha l-ebda effett fuq ir-riżultat finalin hekk kif Hibs ħarġu rebbieħa 99-85.

Hibernians:  N. Cassar 2, T. Wolfe 31, D. Brown 22, P. Attard, L. Attard 1, L. Farrugia, V. Kustodija, A. Axiaq 4, M. Gouder 13, M. Attard 2, M. Mallia 3, I. Demcesen 21.

Luxol Sherries Estates: D. Howard 16, A. Azzopardi 9, I. Azzopardi, V. Jandric 28 , JP Schembri 5, N. Xuereb 5,M. Vassallo Pulis, N. Bukva, C. Jones Mccrary 12, M. Matijevic, S. Cappello 2, N. Djakovic 8.

Referees: Gordon Barbara, Nicky Azzopardi, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Starlites JSD……..103

Tigers………………….61

(33-14)(18-23)(34-11)(18-13)

Starlites żammew il-pass mal-leaders Hibernians wara rebħa konvinċenti fuq Tigers 103-61. Starlites kienu mingħajr Trevon Reddish bil-coach Paul Ferrante juża l-players kollha fil-waqt li Tigers kellhom nieqsa lil David Constantino u Keith Micaller. Il-partita fetħet bi Starlites jieħdu vantaġġ ta’ 18-5 b’diversi punti minn Benjamin Curran flimkien ma’ Chris Paul u Kai Fabri. Tigers kellhom żewġ trippli minn Kendall Jordan u Albert Varcallo qabel ma Starlites għamlu break ieħor ta’ 13-2 bi trippli ta’ Curran u Matthew Scerri għal skor ta’ 33-14. Starlites komplew b’aktar trippli fil-ftuħ tat-tieni perjodu u minkejja r-risposta ta’ Tigers huma kienu 46-19 minn fuq sa’ nofs it-taqsima. Hawn Tigers irnexxielhom jagħqqdu break ta’ 13-0 bi three pointers ta’ Jordan u Varcallo biex fl-intervall Starlites kienu 51-37 minn fuq.

Wara l-mistrieħ l-andament tal-partita baqa’ l-istess fejn Tigers kellhom aktar trippli minn Varcallo u Andre Attard. Minn naħa tagħhom Starlites ukoll kellhom it-trippli ta’ Sean Aquilina fil-waqt li għamlu wkoll run qawwija ta’ 22-2 b’diversi punti minn Curran u Scerri. L-aħħar taqsima kienet biss formalita fejn kien hemm it-trippli ta’ Miguel Fabri għal Starlites u punti minn Luca Riolo u Aquilina fost l-oħrajn. Il-partita għalqet bl-aħħar punti ta’ Jordan għal Tigers hekk kif Starlites ħarġu rebbieħa 103-61.

Starlites JSD: B. Curran 36, S. Aquilina 8, A. Aquilina 2, K. Fabri 6, I. Felice Pace 7, M. Fabri 10, L. Riolo 2, M. Scerri 16, C. Paul 16, K. Xuereb, N. Sultana.

Tigers: D. Pisani, M. Farrugia, A. Attard 10, K. Jordan 20, D. Mitrovic 2, M. Baldacchino 2, A. Varcallo 24, S. Saakian 3, D. Militello

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Miguel De Flavia, Wenell Lim.